Serqa fil-ħanut tal-ħelu.








Darba waħda kien hemm ħames ħallelin. Dawn il-ħallelin iddeċidew li jisirqu ħanut tal-ħelu "Jelly Babies!" Marru bil-lejl u żgassaw il-bieb bil-lieva.


Daħlu inkiss inkiss. Huma qallbu kull m'hemm. Bdew ifittxu l-flus. Fl-aħħar sabu elf ewro taħt il-bank. Huma bdew jagħmlu kollox f'postu biex ma jinqabdux. Imma beda jsir il-ħin! Xi nies bdew joħorġu għax-xogħol. Kien hemm anke pulizija fit-triq.


Il-ħallelin bdew jibżgħu li se jinqabdu u bdew jistaħbew. Irrexxilhom jaħarbu u ma nqabbdux!!