Lil magdamaria@internet.com

Mingħand emily.catanija@internet.com.mt

Data 12-07-2018

Suġġett Tislijiet minn Malta



Għażiża Magda,


Kif inti? Jien ninsab tajba. Jien qed inqatta' il-vaganzi tas-sajf ħdejn il-baħar u jkun hemm sħana toqtol. Għalhekk jien nieħu gost ngħum fil-baħar frisk. Nieħu gost meta norganiżżaw xi barbikju filgħaxija u noqgħod nisma' il-ħoss iżarżar tal-werżieq. Ktieb li ħadt gost naqra kien bl-ingliż, li kien jismu "Magical Stories" u kien fih ħafna stejjer ħelwin.


Grazzi talli stedintni niġi nżurek Għawdex. Għawdex sabiħ ħafna. Jien kont żortu xi darba jew tnejn mal-ġenituri tiegħi.


Jiena ser naċċetta l-istedina tiegħek u niġi għal tliet ġimgħat.


Narak dalwaqt,


Mingħand il-ħabiba tiegħek,

Emily