Djalogu bejn ċikkulata u tuffieħa

Bonġu!

Bonġu! Kif int?

Daqsxejn għajjiena, u inti?


Jien mimlija enerġija!


U iva! Anke jien imma kelli x'nagħmel u issa għajjiena.


Mhux ovvja li għajjiena! Dik iċ-ċikkulata kollha!


Eee?! M'intix taħseb li int aħjar minni hux?!


Dik ovvja!


Mhux ovvja! Qiegħda tigdeb.


Jien iktar għandi sustanzi minnek.


Imma lili n-nies iħobbuni iktar minnek.


U jien għandi iktar sustanzi minnek.


Iva, imma lili n-nies dejjem jikluni tant kemm iħobbuni.


Id-differenza bejnietna hija li jien ma nagħmilx ħsara fi snienhom jew inqabbadhom uġigħ ta' ras bħalek.


Jien ma nqabbadhomx uġigħ ta' ras!


Iva tqabbadhom!


Forsi xi ftit imma xorta jħobbuni.


Tajjeb, jiena kont qed ngħir naqra għalik ta.


Anki jiena, skużani!


Mela skużani lili ukoll!


Imbagħad reġgħu għamlu ħbieb.



Darba kien hemm ċikkulata u tuffieħa fil-friġġ. Huma bdew jargumentaw.