Il-ġimgħa l-oħra l-mama' u jien iddeċidejna li nagħmlu kejk taċ-ċikkulata għax kull ġimgħa nsajru xi ħaġa flimkien.


Qabel bdejna msaħna l-mejda u ħsilna jdejna. Jien wiżint id-dqiq, iz-zokkor, kokkotina, iż-żejt, il-ħalib u l-ilma. Wara li wiżint kollox ħawwadna l-affarijiet skont ir-riċetta. Il-mama' xegħlet il-forn u sakemm qagħad jinħema l-kejk jien mort nilgħab. Kelli ġenn biex ikun lest ħalli nduqu.


Vera ġie tajjeb! Ħadna biċċa kuljum sakemm spiċċa. Dakinhar ħadt gost insajjar għax jien tassew inħobb ħafna ċ-ċikkulata.

Kemm ħadt gost insajjar dakinhar!