MOSTRU

Dakinhar li tfaċċa mostru kbir quddiem il-bieb tad-dar jiena ħadt qatgħa kbira.Il-ġurnata kienet il-Ħadd filgħodu u kienet ħafna kesħa. Dak il-ħin kien hemm ommi d-dar miegħi. Dan il-mosrtu kien kbir ħafna u rqiq. Minn barra kien jidher bil-ġuħ għax kien irqiq.



Jiena għidt lil ommi jekk nistax indaħħlu ġewwa d-dar forsi nagħtuh xi ħaġa x'jiekol, peress li kien jidher bil-ġuħ. Jiena ħassejtni se ntir bil-ferħ. Jiena u ommi ħbejnih fil-kamra ta' fuq biex ħadt ma jinduna bil-mostru.



Meta kien fil-kamra ommi għamlet l-ikel biex jiekol il-mostru peress li kien bil-ġuħ. L-ikel li għamlet ommi kollu kielu. Wara li kiel jiena għalaqtlu l-bieb biex ħadd ma jarah lill-mostru.



Jiena u l-mostru konna qed nilagħbu bil-ballun flimkien. Jiena u l-mostru sirna ħafna ħbieb. Wara l-mostru telaq mid-dar tagħna. Kemm nixtieq li nerġa nara lil mostru!