Storja tal-biża'


Darba waħda rajt dar imwaqqa'. Dak il-ħin smajt ħoss ta' dragun. Imbagħad jien, bejni u bejn ruħi ghidt, 'Aħjar nitlaq minn hawn!' u ġrejt daqs sajjetta lejn id-dar. Imma xorta waħda qabadni u daħħalni ġo dar kerha.


Hemmhekk kien hemm ħafna twiebet u BOOM!!! Id-dar bdiet timxi. Fid-dar kien hemm mostru u dragun. Jien ma kontx naf x'ser naqbad nagħmel.


F'daqqa waħda, niftaħ għajnejja u kif inqum ninduna li din kienet biss ħolma kerha.