Il-ħanut tal-illużjonijiet u l-bużullotti
Is-sena l-oħra kont ġo sqaq żgħir f'Ħaż Żabbar ġo Malta u ltqajt ma' ħanut jismu 'Maġija Maġija'.
Il-faċċata tal-ħanut kienet miżbugħa blu u kellu tabella kbira imwaħla man-naħa ta' fuq. Kellu wkoll vetrina mimlija affarijiet maġiċi. Minn ġewwa kien imżejjen sabiħ fuq stil antik.
F'dan il-ħanut tista' issib ħafna affarijiet maġiċi imma l-iktar affarijiet li laqtuli għajnejja kienu bakketta maġika u ktieb bir- riċetti maġiki.Meta dħalt ġewwa ħassejtni ftit stramba u qabditni dexa ma' jdejja. Domt nara u nagħżel nofsiegħa u fl-aħħar xtrajt bakketta maġika tal-injam bi ftit fjuri vjola madwarha . Kien hemm xi ħaġa li m'għoġbitnix li kienet ħelu tal-ħġieġ b'insetti ta' vera ġo fihom.
Fil-futur nixtieq nerġa' nżuru dan il-ħanut u nirrakkomandah lil sħabi għax sabiħ hafna.