L-Italja
L-Italja huwa wieħed mill-pajjiżi li jifforma parti mill-kontinent Ewropew. Il-pajjiż huwa magħruf għal ħafna affarijiet fosthom il-forma tiegħu li tixbaħ dik ta' żarbuna bit-takkuna.
L-Italja hija peninżula, li tfisser li parti minnha tmiss mal-baħar u parti mal-art. Il-parti li tmiss mal-art, hija mdawra b'pajjiżi oħra li huma: Franza, l-Isvizzera, l-Awstrija u s-Slovenja. Il-parti li tmiss mall-baħar hi mdawra bl-ibħra tal-Mediterran, tal-Adriatiku, tal-Ionju, u l-baħar Tirrenju.
L-Italja għandha 20 reġjun, li minnhom hemm Sqallija u Sardegna. Dawn huma gżejjer li jifformaw parti mill-arċipelagu taljan. Reġjun ifisser li l-Italja minħabba l-kobor tagħha hija maqsuma f'partijiet u dawn il-partijiet huma reġjuni u fihom ikun hemm pajjiżi żgħar.
Il-Kapitali tal-Italja hija Ruma. Din tagħmel parti mir-reġjun tal-Lazjo. Ġewwa Ruma jinsab l-iżgħar pajjiż Ewropew li għalkemm jinsab ġewwa l-Italja huwa pajjiż indipendenti mill-Italja. Dan huwa l-Vatikan, fih jgħix il-Papa. Bħal dan il-pajjiż hemm ukoll ir-Republika ta' San Marino. Dan jinsab bejn żewġ reġjuni fin-naħa ta' fuq ta' l-Italja. Dik ta' Emilia Romagna u Le Marche.
Ruma hija waħda mill-aktar kapitali famużi fid-dinja kollha u b'hekk ħafna turisti jżuruha. Kemm minħabba l-7istorja li tmur lura għal ħafna żmien, kif ukoll għall-postijiet storiċi bħal Kolosew, li kien jintuża fi żmien ir-Rumani biex iġeldu l-gladjaturi u l-annimali - tipo ta' teatru;
il-Pantheon li huwa knisja kif ukoll ċimiterju kattoliku; il-Fontana di Trevi famuża ħafna u tintuża f'ħafna films u fashion shows; ix-xmara Tevere u ħafna aktar postijiet.
Ġewwa L-Italja kull reġjun huwa famuż jekk mhux għal ħaġa, għal oħra. Xi eżempji huma Piża li hi magħrufa għat-torri l-imgħawweġ; Siena magħrufa għal Palio di Siena, din hija tiġrija biż-żwiemel; Venezja magħrufa għall-Kanal u għal bini fuq l-ilma, il-gondola u l-famuż karnival li jżuruh nies minn madwar id-dinja kollha; Napli magħrufa għall-Pizza Napoletana, għall-vulkan tal-Vessuvju u għall-villaġġ ta' Pompej li kien inħaraq meta l-vulkan Vessuvju kien sbroffa u l-lava niżlet ġewwa l-villaġġ b'konsegwenza li nħaraq kollox.
L-Italja mhux biss magħrufa għall-ġmiel naturali tagħha, ibħra sbieħ, muntanji, xmajjar, mużewijiet u siti storiċi iżda magħrufa anke għall-ikel bnin li magħruf mhux biss ġewwa l-Italja iżda madwar id-dinja. Dawn huma: l-għaġin, il-pizza, it-torrone, il-kafe, il-ġelat, l-inbid, il-limoncello, l-amaretto, frappe di carnevale, cassatella siciliana, rumbaba, cannoli alla ricotta, il-Parmeggiano, il-Pecorino, Lasagna, il-Bruschetta. Kull reġjun għandu ikel impekkabli reġjun isbaħ mill-ieħor. Kull reġjun għandu d-djalett tiegħu għalkemm bħala pajjiż kulħadd jitkellem bit-Taljan.
Iżda l-Italja fiha wkoll il-Belt Kapitali tal-Moda, speċifikament Milan. Minn hawn ħarġu l-aktar stilisti famużi bħal: Gucci, Valentino, Versace, Dolce e Gabbana, Moschino, Armani, Roberto Cavalli, Trussardi, Missoni, Prada u oħrajn.
L-Italja huwa pajjiż mill-isbaħ li għadda minn ħafna perjodi problematiċi u li għandu ħafna stigma minħabba il-Mafja u Kamorra li huma l-unika difetti li dan il-pajjiż għandu u għalhekk għandna dejjem inżommu f'moħħna s-sabiħ li dan il-pajjiż għandu x'joffri.