Jum l-isport





Fl-ewwel ta' Marzu morna l-kumpless sportiv ġewwa l-Birgu. Jiena kelli seba mitt sena biex immorru. Kellna bżonn basket żgħir b'ikel, xi ħaġa tajba u ħafna ilma. Dik il-ġurnata ma kienx bnazzi imma ma kinitx ser tagħmlilna differenza għax konna ser nkunu ġewwa.


F'dik il-ġurnata qgħadna ftit fil-klassi nieklu, imbagħad ġiet ix-xarabank għalina. Kellna vjaġġ qasir għax miż-Żejtun sal-Birgu. Jiena qgħadt ħdejn Amy u qgħadna nitkellmu. Xħin wasalna laqgħetna mara bjonda li qaltinlna biex nidħlu ġewwa peress li kien hemm raġel jistenniena. Dan qalilna biex issa nistgħu nieħdu l-brejk. Poġġejna nieklu u qgħadna nistennew li jsir il-ħin biex jgħajtulna ħalli nkunu nistgħu nilagħbu.


Kif sar il-ħin bdejna nilagħbu. Kien hemm logħob fejn inqsamna bejn żewġ sa erba' gruppi. F'ċerti logħob "bean bags", futbol, basketball, volleyball u ħafna aktar. L-għalliema bdew jispjegawlna u juruna x'għandna nagħmlu. Wara ftit ħin beda jaqbadni l-għatx u l-ġuħ, allura ħadt ir-ruħ kif kien ħin il-brejk. L-itqal logħba kienet meta ridna ċ-ċirku u l-aħjar logħba kienet basketball.


F'tebqa t'għajn kien sar il-ħin li mmorru lura d-dar. Kull sport għoġobni imma l-aqwa li ħadt gost u nispera nerġa' nagħmilha.