Vjaġġ fuq tal-linja
Kien għadu lanqas sebaħ u qomt minnu fih. Aħna iddeċidejna biex
imorru l-Belt imma kellna bżonn nużaw tal-linja għax il-karozza ħaditha
oħti minnħabba x-xogħol. Meta ġiet, tlajna fuqha u poġġejna quddiem u
bdejt nħares barra mit-tieqa.
Tal-linja kienet fiha ħafna nies. Kien hemm raġel bil-bastun
abjadu kelb, b'xjuħ, tifel u iktar.
Jien mort nagħti daqqa t'id meta kien tela' tifel bir-rota ħamra.
Hu qagħad warajna. Meta ħija ħares lura nduna li kien il-ħabib tiegħu u
bdew jitkellmu fuq l-iskola li ħa jidħlu.
Jien kont mdejjaq għax ma kien hemm ħadd ma' min nitkellem.
Wara ddeċidejt nkellem xi tifel li qagħad ħdejna u sirna ħbieb.
Meta wasalna jien għidt ċaw għax mhux ħa narah. Kont
kuntent li sibt ħabib ġdid. In-nies fuq tal-linja kienu sensittivi meta jidħol
xi ħadd għax kull darba li tela' xi ħadd bi bżonnijiet speċjali tawh
l-għajnuna. Nixtieq nerġa' narah dak it-tifel fil-futur għax ħadt gost
nitkellem miegħu. Forsi nerġa' narah l-iskola ghax qal li ħa jmur jgħix xi
post ieħor.