L-Għid u l-bajda taċ-ċikkulata.
Ġanni qala' bajda kbira fl-Għid m'għand in-nannu tiegħu. Iddeċieda li ma jiftaħx l-bajda għalissa ħalli jiftaħha fil-vaganzi, għalhekk poġġieha fuq il-kommodina fil-kamra tiegħu u mar jorqod. Ġanni kien għażżien u kien iħalli l-kamra kollha ħmieġ u l-affarijet mhux f'posthom. Il-bajda xxaqqet waħidha u ħarġu ħafna flieles minnha. Il-flieles kienu beżlin ħafna u bdew jiżbarazzaw il-kamra ta' Ġanni. Kif qam sab il-kamra żbarazzata u beda jħokk rasu għax ma kienx jaf x'ġara. Imbagħad iddeċieda li jiftaħ il-bajda u sab nota li tgħid 'Tkunx traskurat'. Fl-aħħar kien ferħan bil-kamra nadifa u beda jiekol iċ-ċikkulata li tant kienet tajba.