9Kien il-Ħadd filgħaxija u l-familja Borġ kienu qed jieklu l-għaġin .F'daqqa waħda raw riklam fuq it-televixin biex iħajru lin-nies biex jaddottaw tifel jew tifla.


Wara li semgħu l-aħbar marru għand in-nutar biex jiffirmaw il-karti tal-addozzjoni.Wara ftit waslu l-Indja.Kien l-erbgħa filgħodu meta addottaw tifel li jismu Ken.Meta ra l-familja ġdida tiegħu ħassu ferħan iżda fl-istess waqt ħassu ftit mistħi.Wara ftit ġimgħat marru lura Malta.


Għall-bidu Ken ħassu mistħi ħafna. Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar beda jidra. Ken ġab ruħu sew ħafna u l-lingwa Maltija beda jitgħallimha biż-żmien.


Il-ħajja ta' Ken ma' din il-familja mimlija ferħ għax ommu u missieru jittrattawh sew ħafna. Familja ħelwa tassew.