Ir-Robot
It-tim tax-xogħol tal-papa' jaħdem f' laboratorju tar-robots. M'ilux ivvintaw robot li semmewha Merolent. Wara ħafna esperimenti kienu lesti li jlaqqgħuha man-nies.
Merolent hija twila metru u nofs, rasha hija kwadra u żaqqha rettangolari. Idejn u saqajn Merolent huma magħmula mill-ħadid. Il-kulur tar-robot huwa griż u Merolent ferħana ħafna bih.
Merolent taħdem bil-batterija li tiċċarġja bil-wajer mad-dawl. Hi tmur kullimkien. Tista' timxi, tiġri u taqbeż. Merolent taf titkellem ukoll. Hija programmata biex tieħu ħsieb it-tfal u tnaddaf iżda ma tistax tinħasel jew tmis l-ilma.
Missieri ġabli lil Merolent id-dar. Jien nixtieq li hi tibqa' ħdejja dejjem biex tipproteġini. Merolent qisha oħti kbira. Hi tieħu ħsiebi u tilgħab miegħi. Biex nirringrazzja lill-papa'li laqqgħani ma' Merolent għamiltlu kartolina kbira u tafu xiex? Merolent iffirmat fil-kartolina wkoll. Hi kitbet grazzi papa'.