Frost Bite
Frost Bite hija 'alicorn' .
Hija bajda, xagħrha blu
skur u għandha naqra
marki li huma ċelesti.
Fuq il-qarn tagħha għandha djamant abjad u jleqq.
Darba waħda Frost Bite kienet qiegħda ttir mal-aqwa ħabiba tagħha, Rose Petal. F'daqqa waħda rat 'alicorn' riesqa lejn Rose Petal bil-moħbi. Imma Frost Bite kienet taf min kienet dik l-'alicorn'. Kienet Dark Wing, l-'alicorn' li ppruvat tieħu l-maġija mill-qarn ta' Rose Petal. Dark Wing taret sparata lejn Rose Petal u kisritilha l-qarn. Frost Bite sparat il-maġija lejn Dark Wing u weġatha. Imbagħad Dark Wing taret l'hemm.
Jien jogħġobni dan il-karattru għax inħobb l-unikorni.