Ġurnata fil-kampanja

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru missieri għalaq żmienu u morna ġurnata fil-kampanja. Kienu l-għaxra ta' filgħodu u t-temp kien xemxi. Mort mal-familja u l-qattusa. Morna Buskett, Malta. Ħadna basket tal-qasab mimli sa ruħ ommu. Kellna ħobż bil-butir u ġobon, ilma, ħafna ġuġarelli u karti tal-logħob.


Kmieni filghodu ippakjajna u tfajna kollox fil-karozza. Missieri startja l-karozza u saq. Domna ftit biex wassalna. Kif wasalt rajt ħafna siġar kbar, fjuri u ħaxix. Waqt li konna mixjin rajna ħafna familji. Smajna l-għasafar ipespsu u l-ħaxix iħaxwex. Sibna post tajjeb u niżżilna l-affarrjiet mil-karozza. Wara poġġejna l-liżar fuq il-ħaxix. Qgħadna nilagħbu bil-ballun u lghabt ħarba ma' oħti. Kif għajjet mort nitnikker fuq il-liżar u lgħabna logħba karti. Għal kemm qtajt nifsi ħassejtni fil- ġenna tal-art. Fl-aħħar kilna l-ħobż, xrobna u qsamna l-kejk ta' missieri.


Kif bdiet nieżla x-xemx, bdejna niksħu u dabbarna rasna 'l hemm. Kont għajjien mejjet imma ħadna ħafna pjaċir. X' ġurnata dik!