Spettaklu ta'talenti

Jien mort nara l-Malta's Got Talent li sar f'teatru enormi jismu Teatru Żejtun. Il-wirja saret fid-9:00 a.m u damet sigħat. Rajt folla nies jiġru għalha.



Paragrafu 1


Kulhadd seta' jigi fdal-post. Kien hemm ħames parteċipanti b' kollox. L-ewwel bdejna bix-shadow puppets. Bdew jagħmlu mossi bħal id kbira u karozza. It-tieni waħda kien l-akrobazija. Bdew jogħlu saqajhom 'il fuq. It-tielet kien xi buffu b' xagħru kkulurit u imgerfex. Bdejt nidħaq ħafna ħabba liċ-ċajta li għamel. Fl-aħħar wirja ġew mara u raġel u bdew jiżfnu. B' kollox dam siegha u mbaghad mort id-dar.


Paragrafu 2


Kien hemm spettaklu li għoġobni. Dan kien ix-shadow puppets ghax daħħaqni ħafna. L-ebda mill-ispettakli ma dejjaqni għax veru dħaqna. Ġie wieħed mill- Community Chest Fund biex jinġabru xi fondi. Ma kienx hemm il- President jew Prim Ministri.


Konkluzjoni


Jien ħadt ħafna pjaċir. Kien hemm xi ħaġa li setgħet tiġi organizzata aħjar għax ma kienx hemm ikel u kelli l-ġuħ!