L-Aljen



Darba waħda kont qed nilgħab ġo


l-għalqa tan-nannu u smajt ħoss


qawwi. Jien mort niċċekkja x'ġara


u rajt ħofra kbira, ġol-ħofra sibt


vapur spazzjali. Jien kont se


mmur ngħid lill-papa imma mbagħad


ħareġ aljen aħdar. Jien ma ridtx


nemmen lil għajneja meta rajtu. L-


aljen beda jkellimni imma jien ma


stajtx nifhmu. Jien malajr mort


ngħid lill-papa, hekk kif mort niġri


smajt ħoss qawwi. Kif erġajt


dawwart rasi biex nara x'kien dak


il-ħoss l-aljen flimkien mal-vapur


spazzjali kienu sparixxew u li


kien għad faddal kienet il-ħofra


kbira.