Jien bagalja




Jiena bagalja kbira. Il-kulur tiegħi huwa kulur il-menta.


Sidi hi mara simpatika u tħobb is-safar. Sidi tieħodni magħha meta ssiefer. Hi tħobb issiefer fil-vaganzi tal-Milied. Sidi tpoġġi ħafna ħwejjeg ġo fiha. Jien inħossni ferħana meta sidi tużani għax inħossni utli. L-aħħar li sifirt mort il-Polonja. Kien ħafna bard.


Bħalissa ma tantx qed nintuża. Ninsab merfugħa fil-kamra tal-bejt. Sidi m'hiex issiefer minħabba s-sitwazzjoni tal-Corona Virus.