Jien Triq ir-Repubblika

"Kemm hawn taħdit u storbju," bdejt ngħid f'qalbi. Jien jisimni 'Triq ir-Repubblika' u kuntenta ħafna b'ismi. Hawn ħafna toroq u ma niftakarx isimhom kollha. Jien naħseb li jien l-isbaħ mit-toroq kollha għax l-iktar waħda importanti u speċjali.

Filgħodu ħafna mid-drabi nkun maħnuqa bin-nies. Jgħaddu ħafna nies għax minn ġo fija jistgħu jidħlu ġo toroq oħra u hemm bini fejn jaħdmu n-nies ġo fihom. Ħafna nies jew ikunu sejrin jixtru jew inkella sejrin għax-xogħol ħafna mid-drabi. Il-ħwienet tal-ħwejjeġ h5uma l-iktar għal qalbi minħabba li nħobb nixtri l-ħwejjeġ. L-iktar bini li jdejjaqni hu t-Teatru mwaqqa' għax iffakkarni fi żmien ikrah.

Mill-Ħadd sal-Ħamis ftit n5ies ikun hemm is-soltu, waqt li l-Ġimgħa u s-Sibt ikun hemm ħafna nies filgħaxija talli t-tfal ma jkollhomx s4kola. Meta ħafna minn nies telqu jiġi l-kennies inaddafni u nirringrazjah ħafna, kemm nixtieq nigħid lin-nies "Li tarmi iġbor!" imma aħjar hekk inkella agħar.

Filgħaxija noqgħod naħseb fuq in-nies li kienu għaddew minn ħdejja. Ikun hemm min jilbes sabiħ ħafna u min veru ikrah.

Jien jogħġbuni ħafna l-festi tal-Milied u tal-karnival minħabba t-tiżjin sabiħ ħafna u fil-karnival jiġu jiżfnu n-nies. Fil-Milied ikun hemm dik is-sabiħa siġra daqsiex. Kieku jerħgħu jsemmuni nixtieq li jsemmuni 'L-iktar Triq speċjali'.