Spettaklu ta' talenti
Is-Sibt li għadda kien hawn spettaklu ta' talenti fit-teatru Mawel. Kien hemm mijiet ta' nies. L-avveniment dam aktar minn sagħtejn.
Kien hemm ħdax-il parteċipant li l-biċċa l-kbira kienu tfal. Dawn it-tfal kienu minn sitt snin sa għaxar snin. Dawn kienu : tliet mużiċisti, żewġt itfal jagħmlu l-karate, ħamest itfal għamlu reċta u żewġt itfal għamlu l-maġija.
Wieħed mill-ispettakli li għoġbuni ħafna kien tal-karate għax dan l-isport huwa l-passatemp tiegħi. Dawn it-tfal kienu liebsin kimono bajda biċ-ċintorin iswed tuta, it-tfal kienu qed juruwna mossi tal-idejn u tas-saqajn ukoll jiġieldu ma xulxin. Il-ħaġa li dejqitni l-aktar hija li ta' ħdejja bdew jitkellmu jgħajtu. Wara l-avveniment tħabbar li nġabret is-somma ta' elfejn ewro.
Ħadt ħafna pjaċir ! Il-mużika għadha f'moħħi u l-lirka vera għoġbitni. Nixtieq li l-preżentazzjoni tkun aħjar għax il-preżentatur beda jitkellem jgħaġġel.