Violet
Din jisimha Violet. Pinġejtha meta kont għalaqt disa' snin. Dan il-karattru jogħġobni għax jien kważi kollox ivvintajt fiha.
L-avventura ta' Violet
Darba waħda kien hemm volpi jisimha Violet. Hi kienet tħobb tesplora. Kull ġimgħa kienet tmur tesplora fil-foresta ma' missierha. Imma darba kienu se jmorru jesploraw fil-ġungla. Violet qatt ma kienet rat dak il-post allura kienet eċitata ħafna. Hi ħasbet li missierha kien miexi warajh imma ma ndunatx li ma kienx. Kien kważi billejl u Violet qabadha n-ngħas. Hi daret ħalli tgħid lil missierha u fl-aħħar indunat li ma kienx hemm. Hi ħasbet li telaqha. Hi ppruvat tmur id-dar tagħha imma ma setgħetx tara minħabba d-dlam. Hi qalet ġo qalbha, "Issa jkolli norqod hawn." Hi kienet se torqod u f'daqqa waħda ħasset lil xi ħadd imissha, kien missierha. Hu qal li kien inkwetat ħafna u marru d-dar.