Il-Karnival
Il-Karnival ta' Malta ilu jsir mill-1400 meta introduċewh il-kavallieri ta' San Ġwann.
Sa llum, il-Karnival huwa mfittex ħafna mit-tfal u anke mil-kbar għax ikunu jistgħu jilbsu kostum ta' dak li jixtiequ.
L-iktar attivitajiet tal-Karnival insibuhom ġewwa l-Belt Valletta fejn jiġu organizzati żfin u sfilati ta' karrijiet ikkuluriti.
Fi żmien il-Karnival insibu affarijiet tradizzjonali Maltin. Fosthom il-prinjolata u l-perlini li huma l-ħelu tradizzjonali u l-kukkanja li hija waħda mill-logħbiet tradizzjonali li ssir f'nofs pjazza.
Wara li ngawdu l-Karnival, inħejju ruħna għaż-żmien ir-Randan.