X'ġurnata dik!
Kien is-Sibt waranofsinhar, fi tmiem il-ġimgħa u t-temp kien bnazzi.Dakinhar kienet xemx taqli l-ankri! Jiena u l-familja tiegħi fthiemna maz-zijiet u l-kuġini biex immorru nqattgħu nofs ta' nhar ħdejn il-baħar. Flimkien iddeċidejna li mmorru l-iktar post viċin u morna r-Ramla taż-Żejtun. Ġiet magħna l-kuġina l-kbira li jisimha Shania u tlett ħutha li jisimhom Shaylee, Rihanna u Liah. Kellna magħna wkoll l-iżgħar kuġina li għandha erba' snin li jisimha Channah. Imsomma biex ngħidlek b'kollox konna tlettax u magħna ħadna l-kelb il-ġdid li jismu Leo. Jiena ħadt miegħi ballun, naqra ikel u bramel biex nitfgħu ċ-ċagħaq ġo fihom. Il-ġelat taċ-ċikkulata jaħasra nsejt!
Malli wasalna jiena, ħija u l-kuġini bdejna nilagħbu bil-ballun filwaqt li l-ġenituri u z-zijiet irranġaw naqra l-post bil-mejda u s-siġġijiet. Leo beda' jilgħab magħna wkoll. Wara siegħa lili qabadni ħafna ġuħ u allura waqafna biex nieklu biċċa ħobż tqarmeċ biż-żejt u t-tadam frisk. Għall-ewwel tgħidx kemm konna qegħdin nieħdu pjaċir u l-ħobż niżlilna għasel ħdejn il-baħar!