Jien kont sejjer l-iskola mal-ħbieb tiegħi.
Rajna xi ħaġa tleqq mal-art. Jien kont kurjuż allura ġbartha u kienet magna. Din kellha tliet buttuniet: passat,preżent,futur.
Il-ħabib għafas il-buttuna tal-passat u ma ġara xejn umbagħad komplejna nimxu u beda jħossna differenti, allura għalaqna għajnejna u sibna ruħna x'imkien ieħor. Żgur mhux l-iskola konna imma konna l-Imdina naħseb fi żmien il-kavallieri. Domna hemm forsi għal xi sagħtejn. Ridna mmorru lura imma l- magna ma sibthiex allura weħilna hemm.
Fortunatament kien hemm xi ħadd ieħor li sab l-magna u għafas il-buttuna tal-passat u sibna ruħna d-dar fuq is-sufan b' tazza ħalib f'idna.