Il-farfett li ħarab

Għażiż djarju,


Illum għandi storja mhux tas-soltu x' ngħidlek li se togħġbok żgur.


Dalgħodu ħriġt mal-familja tiegħi u morna l-mużew tal-Istorja Naturali li hemm l-Imdina. Il-mużew kellu bini għoli. Kien qisu palazz antik minbarra. L-ewwel li morna naraw kienet il- kamra tal-annimali. Kont eċitata ħafna nara skeletri tal-annimali u kif kienu jgħixu għax jien inħobb l-annimali. Imma kelli ngħaġġel għax ommi u missieri marru ġo kamra oħra. Kamra ġo kamra u malajr intlift minn magħhom. Dħalt u rajt ħafna friefet ġo kaxxa bbalzmati. L-aktar li għoġobni kien farfett kbir ikħal.


Kontra r-regoli, ftaħt l-għatu tal-kaxxa u skantajt. Il-farfett il-blu tar, ġie fuq idejja u wara ħareġ mit-tieqa miftuħa. Tlaqt inwerżaq mill-kamra u sibt l-ommi u l-missieri. Dawn qallu kollox lil dak li jieħu ħsieb. Filgħaxija l-istorja tal-farfett li ħarab kienet fuq l-aħbarijiet. Storja li għadni ma nistax nifhem. Kif farfett li kien ilu xi għoxrin sena mejjet jista' jerġa- jieħu l-ħajja u jibda jtir.


Se jkolli nħallik ħabib tiegħi d-djarju.