Familja ġdida għall-Ken


Kien il-Ħadd filgħodu meta l-familja Gatt kienu qed jieklu insalata bnina flimkien ma’ biċċa tiġieġa. Il-kopja kienu imdejqin għax għal snin twal qatt ma kellhom lil xi ħadd ieħor jikkumpanjahom waqt il-ħin tal-ikel. Is-sinjura kienet qed tħares lejn it- televiżjoni.Il-mara bdiet tara reklam dwar l-addozzjoni. Għajnejhom xegħlu bil-ferħ għax kienu jafu li ħajjithom ser tinbidel ta’taħt fuq .

Il-kopja marru għand nutara biex jiffirmaw il-formoli.x’ħin iffirmaw il-formoli huma marru dritt id-dar u bdew jippakjaw l-affarijiet sabiex imorru l-Indja biex jiġbru lit-tifel. Dakinhar bdew iħossu il-ħolm tagħhom isir realta’ . Huma u sejrin l-Indja ħassewhom eċitati. Il-ħin tar u f’ħakka t’għajn waslu l-Indja. Wara erbat ijiem jistennew il-proċess irċivew ittra li jistgħu imorru jiġbru lil Ken. L-għada stess il-kopja marret tiġbor lil Ken. X’ħin ġabruh huwa ġie jgħannaqhom.


Huma ħadu grazzja miegħu minn dak il-mument stess. X’ħin niżlu hawn Malta huwa staqsiehom sabiex jaddottaw kelb u huma qalulu iva. Il-kelb semmewh Fido u Ken tgħidx kemm kien jieħu gost jilgħab miegħu!