Dakinhar li tfaċċa mostru kbir quddiem il-bieb tad-dar kont qiegħed waħdi għax il-ġenituri tiegħi kienu qed jixtru. Il-mostru kien waħdu u kbir!


Il-mostru tfaċċa fit-tmienja ta' filgħodu. Jien malli ftaħt il-bieb bżajt ħafna għax il-mostru kellu żewġ irjus,erba' idejn u żewġ saqajn maqsumin minn nofs. Ħadt qatgħa kbira għax ħsiebtu ħa jiekolni. Dan il-mostru kien il-mostru t-twajjeb. Jien daħħaltu ġewwa u bdejna nilagħbu flimkien. Il-mostru ħareġ ilsienu u beda jitlobni biex intih xi ħaġa x'jiekol. Eżatt meta wasalna fil-kċina ommi daħlet ġewwa u malli rat il-mostru qabdet twerżaq.


Jien għedtilha l-istorja kollha u mbagħad ikkonvinċejtha biex inżommuh.Jien kont l-iktar persuna ferħana għax ommi ħallietni nżomm mostru d-dar.