Jien l-Aljen li mort fuq il-Pjaneta Earth

Jien jisimni Żeno u jien aljen passiv mill-pjaneta Ġenis. Jien mort fuq il-pjaneta Earth għal vaganza. Meta wasalt fuq il-pjaneta Earth indunajt li ħafna min-nies kienu qed iħarsu lejja u jgħidu, "Min hi din il-persuna ħadra? Kemm tilbes sabiħ!" Jien inbdilt f'persuna normali bħalhom biex ma jibżgħux minni. Iżda wiċċi xorta baqa' aħdar.


U għalhekk ħafna min-nies u l-pulizija bdew isaqsuni "Għalfejn għandek wiċċek daqshekk aħdar u ikrah?"


U jien dejjem ngħid l-istess ħaga, "Wiċċi aħdar għax it-tifel tiegħi jpinġili fuq wiċċi kuljum, kull meta norqod."


Jien kont iddejaqt dejjem inġib l-iskuzi li jien aħdar għax it-tifel joqgħod ipenġini, għalhekk kont iddeċidejt li ngħid il-verita. L-għada meta mort ġol-pjazza tar-raħal, l-ewwel persuna li kont iltqajt magħha u staqsietni għalfejn jien aħdar għidtilha l-verita u li jien kont aljen. Il-kelma ġriet daqs berqa ma' kullimkien, iżda n-nies aċċetawni ta' aljen simpatiku li kont u bqajt ngħix magħhom.