Vjaġġ fuq tal-linja

Biki, storbju, għajjat u taħdit minn kollox smajt. Mela, il-ġimgħa l-oħra jien u ommi morna fuq tal-linja, f'lerba ta' waranofsinhar, jien ħadt ktieb biex noqgħod kwieta. Poġġejt fit-tielet filliera fuq il-lemin, konna qisna f'kaxxa tas-sardin tghidx kemm kien hemm nies.

Fuq tal-linja kien hemm ħafna turisti, barranin u Maltin. Kien hemm ħafna taħdit u trabi jibku. F'daqqa waħda jien u l-mama' nisimgħu ħafna għajjat għax waħda mara kien irremettila t-tifel u kien hemm riħa tinten wara. F'wada mill-waqfiet telgħet waħda mara barranija bit-tarbija.

Meta bdejt nittawwal mit-tieqa minn kollox rajt, rajt xi erbat iklieb, ħafna qtates jiġru ' l hemm u ' l hinn, għasafar, nies. kien hemm ukoll xi żewġt minnies fuq siġġu tar-roti, kien hemm min beda joqogħd ixejjierli u min bil-bastun jimxi ċlikki ċlikki. "Naħseb il-ktieb għaylxejn ġibtu" għaltli l-mama', għax wasalna.

Veru konna wasalna qas biss indunajt, kemm jgħaddi malajr il-ħin hux? Nerġa' nitla fuq tal-linja, iva, imma veru ħassejtni uskomda. Ħa ngħdilkom għalfejn, għax kulħadd jew jitbissimlek jew jittkeraħlek. Issa kulħadd kważi jitkerrah, xi dwejjaq. Insomma ma tkellimt ma' ħadd u minflok qagħdt nosserva x'inhu jiġri u ma jiġrix.