It-Tnejn, 15 ta' Jannar, 2021





Nhar it-Tnejn, 15 ta' Jannar 2021, filgħodu kmieni sebħet ġurnata kerha u msaħħba. L-arju beda jagħqad u s-sema kienet griża anzi kważi sewda. Ir-riħ beda jonfoħ u bdiet niżla xita bil-qliel. Is-sajjetti bdew ifaqqgħu waħda f'waħda, bir-ragħad ikarwat u ftit ħin wara jinstema' ma' kullimkien il-beraq jixegħlu is-smewwiet.

Maltempata qawwija fuq il-Gżejjer Maltin

Il-baħar kien qawwi ħafna u ried jibla' l-art. Ħafna nies kellhom bżonn l-għajnuna tal-pumpiera biex ikunu jistgħu jirritornaw lura fi djarhom. Kien hemm min għerqulhom xi kmamar li kellhom. It-toroq li kienu mimlija ilma tax-xita li ġarret magħha kwantita' ta' ilma.



Fi żmien qasir it-toroq intlew bl-ilma u ħafna karozzi nqabdu fit-toroq wara xulxin. Ħafna fabbriki avżaw li ma kinux ser jiftħu u għalhekk il-ħaddiema setgħu jibqgħu d-dar. Anke l-iskejjel tal-istat u privati baqgħu magħluqin.



tirrapporta Christlene Abdilla

Kien hemm ħafna Maltin li qalu li qatt ma kienu jiftakru li raw maltempata qalila bħal dik! L-awtorita' tal-Protezzjoni Ċivili bdiet tavża biex in-nies joħroġu biss għall-bżonn għax kien hemm ħafna periklu fit-toroq f'dik il-ġurnata!!