Għasel u nkwiet
Darba waħda kien hemm mara li trabbi iż-żnażan. Dawn iż-żnażan għamlu ħafna għasel. Il-mara poġġiet l-għasel ġo skutella u marret biex tbigħu l-monti. Biex waslet il-monti kellha tgħaddi minn ġo foresta. Hi u mixja l-monti bdiet taħseb kemm se tagħmel flus u x’se tagħmel bihom. Waqt li kienet qed taħseb tfixklet f’ġebla u waqgħet u l-għasel spiċċa fl-art. Il-mara bdiet tgħajjat x’inkwiet, xi ġrali.
Dak il-ħin kien hemm xadina fuq siġra u semgħet lil mara tgħajjat x’inkwiet. Ix-xadina niżlet biex idduq l-għasel li ħasbet li jgħidulu nkwiet. Telqet u marret ħdejn l-iljunfant u staqsitu għal ftit inkwiet u dar lejha u ta’daqqa bit-tromba tiegħu. Wara marret ħdejn l-iljun u saqsitu għal ftit inkwiet u gidmilha l-koxxa.
Marret tibki għand ommha u spjegatilha xi ġralha fuq l-inkwiet. Omma indunat x’inhu l-inkwiet, ħarġet flixkun għasel u qaltilha li dak mhux inkwiet imma għasel
jgħidulu.