Il-logħba favorita tiegħi


Il-logħba favorita tiegħi hija Ark Survival Evolved. Din il-logħba hija dwar l-annimali kollha fid-dinja, dinosawri u annimali fittizji. F'din il-logħba tista' tibni jew tkisser il-madwar u timmansa id-dinosawri. Jien f'din il-logħba l-ewwel dinosawru li mmansjajt kien id-dinosawru jismu Parasaur. Huwa importanti li ġġib is-sarġ ta' dan id-dinosawru għax biha tista' takwista l-frott li tista' jew tieklu jew tiżirgħu.


Biex timmansa l-ewwel kreatura, irrendi l-kreatura mitlufa minn sensiha. Dan jista' jinkiseb permezz tal-metodi differenti bħal tagħti daqqiet lill-kreatura bl-idejn vojta tiegħek. Dan huwa l-aktar mod bażiku, għalkemm l-inqas mod effettiv, biex titlef minn sensih lid-dinosawru u tbaxxi s-saħħa tiegħek.


Bl-użu ta' żbandola tista' titlifhom minn sensihom, tagħmel strumenti li bihom tista' jew tibni jew tkisser u tista' tpinġi wkoll. F'din il-logħba tista' titgħallem ħafna affarjiet ġodda bħal x'jieklu d-dinosawri jew x'jagħmlu d-dinosawri. In-nies li għamlu l-logħba jisimhom Studio Wildcard li ħadmu

wkoll fil-logħba Prey, imma aħna qed nitkellmu fuq Ark u ħa nibqgħu fuq l-istess suġġett.


Mela għalija l-isbaħ ħaġa ġo Ark hi kemm hemm dinosawri sbieħ li nista' nimmansa. Jien inqatta' sigħat nilgħab u meta ngħid sigħat jiġifieri xi ħames sigħat biex nipprova nimmansa annimal wieħed, eżempju darba domt kważi tliet sigħat nipprova nimmansa dan il-dinosawru jismu Purlovia u dan jista' jmur taħt l-art, umbagħad meta l-annimali jgħaddu minn fuqu jaqbeż u jibda jigdem u jnaqqar. Jien din il-logħba veru togħġobni u nagħmel minn kollox biex inqatta' ftit ma' sħabi nilagħbu din il-logħba onlajn flimkien.