11/12/2020

Storja minn stampi pg 58

Kien is- Sibt filgħodu u l-famlja ta' Mikiel iddeċidew li jmorru l-Mużew tal-Istorja Naturali.Dan il-mużew antik u qiegħed l-Imdina.







Il-familja ta' Mikiel daħlu fil- kamra tal-insetti u raw friefet sbieħ. Wara ftit il-ġenituri marru jġibu xi ħaġa x'jieklu. Imma f'daqqa waħda l-farfett ikħal ħareġ minn ġol-kaxxa u ferfer il-ġwienaħ sbieħ. Mikiel ma setax jemmen 'l għajnejh kif rah itir fuq rasu. Imma dan malajr telaq għax mal-ewwel tieqa li sab ħarab.












Mikiel għall-ewwel beda jaħseb li beda joħlom imma meta marru d-dar fuq l-aħbarijiet ġabu li sabu farfett nieqes. Mikiel tbissem kif ra l-aħbarijiet u ddeċieda li ma jġħid xejn għax beda jaħseb li mhux se jemmnuh għax kienet xi ħaġa ta' barra minn hawn.