IS-SUPEREROJ FAVORIT TIEGĦI
Hemm ħafna supereroj imma jiena l-aktar li jogħġobni huwa Izuku Midoriya. Izuku huwa tifel Ġappuniż.
Meta kien żgħir Izuku kien tifel normali. Darba meta kien l-iskola, hu kien ibbuljat minn Katsuki Bakugo. Bakugo kien tifel kattiv u ried li dejjem jirbaħ hu. Meta kiber Izuku, AllMight tah abilitajiet speċjali, li joqtol lil min jibbuljah. Izuku dejjem jilbes l-uniformi tal-iskola. L-uniformi hija 'tracksuit' blu skur.
Izuku jsalva n-nies li jkunu fil-periklu. Lin-nies il-ħżiena jagħtihom daqqa tant bis-saħħa li jsibu ruħhom fl-arja. Huwa jagħmel ħafna eżerċizzju biex iżomm il-poteri tiegħu.
L-aktar ħaġa li nammira huma l-poteri kbar li għandu. Ma nixtieqx nkun bħalu għax is-supererojs ma jeżistux fil-ħajja ta' veru, imma huma biss immaġinazzjoni.