22/03/2021
Tikka Malti pg 42-43
Il-ħanut tal-illużjonijiet u l-bużullotti
Kont miexja fi sqaq imwarrab fiż-Żejtun. Hemmhekk rajt ħanut li jismu 'Maġika Ferħana'. Għelbitni l-kurżita' allura jien dħalt ġewwa.
Jidher antik u għandu tabella kbira li tgħid Maġika Ferħana. Għandu vetrina u fiha hemm kotba maġiċi u pozzjonijiet maġiċi wkoll. Il-ħanut imżejjen vera sabiħ u jattirani mmens. Minn barra jidher vera żgħir imma minn ġewwa enormi.
Dan il-ħanut jbigħ kull tip ta' bużulotti fosthom likwidu splussiv, karti tal-logħob enormi,fliexken taparsi vojta u kamera tieħu ritratti tad-daħk. Meta dħalt ġewwa ħassejtni ferħana għax kont ilni nixtieq li nidħol ġo ħanut maġiku. Jien domt ħafna nagħżel għax kollox għoġobni. Imma l-iktar ħaġa li għoġobni kien il-ktieb maġiku.
Kieku nerġa' mmur għax wisq kien sabiħ. Jien kieku stajt kont nixtri kollox imma jien xtrajt il-ktieb maġiku. Wara li żort dan il-ħanut jien mort nirrakkomandah lil sħabi u lil familja tiegħi.