Ritratt tal-familja
Meħud waqt il-festa ta' Santa Katarina Żejtun 2022
- Dan huwa ritratt tal-familja tiegħi – fuq ix-xellug hemm missieri Oliver li qed jerfa lil ħija ż-żgħir Luke. Maġenbu hemm ommi Consuela u jiena. Quddiemi hemm ħija ta waraja li jismu Kyle.
- • Dan ir-ritratt ħadnieh fil-festa tas-sena l-oħra wara l-knisja. Ħaditulna z-zija tiegħi Michelle li tiġi oħt ommi.
- • Konna ferħanin ħafna għax il-festa nħobbuha ħafna u konna ilna nistennew li terġa tasal wara li spiċċa l-Covid.
- • Ħija Kyle kellu żewġ pupi ta’ Huggy Woggy f’idejh. Iħobbu ħafna u dawk li kienu qed ibiegħu l-gugarelli kellhom u kellhom jixtrulu.
- • Minn dak inhar bdejna kollezjoni ta’ Huggy Woggy u ommi w missieri kellhom jixtrulna wieħed minn kull kulur.
- • Dan ir-ritratt jogħġobni ħafna għax ħadnieh fil-festa u konna kollha flimkien bħala familja.
- • Konna qed nieħdu ħafna gost u konna kollha ferħanin.