Meta mort piknik

Kien l-Għid il-Kbir ta' din is-sena meta jien flimkien mal-familja tiegħi u z-zijiet għamilna piknik fil-ġonna ta' Ta' Qali. It-temp inzerta ffavuriena għax la kienet ħafna sħana u l-anqas ħafna riħ; kien temp komdu. Magħna ħadna kutra skura, ir-roti, il-karti tal-logħob u t-tajra oriġinali li kien għamlilna n-nannu Toni. Ġo qoffa soda, ħadna magħna dixx imqarrun il-forn u ġol-ġewlaq ikkulurit tfajna r-ruġġata tal-lewż morr, tazzi, platti u l-pożati. Bħala diżerta, kulħadd ġab figolla minn li kien għamel waqt ir-Randan u bdejna naqsmuhom bejnietna u fl-istess ħin induqu ta' xulxin. Dik tjubija! Waqt il-piknik, iz-zijiet bdew jirrakkuntawlna xi stejjer u praspar li kienu għamlu meta kienu żgħar. Dħakna, ġrejna bir-rota, tajjarna t-tajra, kilna u xrobna wkoll. Ħadna ħafna gost u dal-piknik ser nibqa' niftakru għax l-unika darba li għamilna piknik u nzertaw setgħu jiġu z- zijiet kollha.