Ġurnata fil-kampanja

Ilbieraħ jiena,il-familja tiegħi u l-kugini morna

l-Buskett.Jiena ħadt il-kelba tiegħi Teffy u tal-kuġini Lolo.Domna tletin minuta fil-vann.

Jiena,oħti u l-kuġini qgħadna fuq wara fuq

l-imħaded.Aħna qgħadna nilgħabu bil-

playmobile u wara qabadna n-nas u rqadna.

Ftit wara missieri u ommi qajmuna.Meta wasalna jiena għamilt il-kamp tiegħi għax

kienu saru s-sitta ta' filgħodu.Missieri qalli

li jiena se norqod mal-kuġini u ma' oħti.Meta

kienu kważi t-tmienja jiena kont l-ewwel

waħda li qomt.Qabadni l-ġuħ u bdejt infittex

l-ikel ġol-basket tal-qasab.Jiena għażilt li

niekol banana.Jiena nħobb ninki allura jiena

ġibt il-barnuża s-sewda li kelli.Jiena bdejt

nagħti d-daqqiet b'ideja bil-mod.Il-kuġini u

l-familja tiegħi qamu.Sakemm ommi għamlet

il-ħobż bit-ton taż-żejt jiena qgħadt nilgħab

noli u ħarba.Lanqas biss kien hemm ħadd.

Wara beda jidlam u l-kuġin Noah mkien ma

nstab.Il-kuġina tiegħi bdiet tikbi.Wara ftit jiena

qbadt it-torċ u wara sibt il-kuġin tiegħi.Jiena

għannaqt lil kuġini għax ġie missierhom għalihom u meta telqu dabbarna rasna 'l hemm.Kemm se nimissja din il-ġurnata.