Dakinhar li tfaċċa mostru quddiem il-bieb tad-dar



Ilbieraħ billejl meta kont qed nipprova norqod smajt ħoss minn isfel. Il-familja tiegħi kienu kollha reqdin. Inżilt isfel inkiss inkiss u ftaħt il-bieb ta' barra.


Barra fid-dlam ċappa ta' bil-lejl rajt monstru. Hu kien waħdu. Il-monstru kien zgħir, ħelu u ta' kulur aħdar. Jien ma bzajtx minnu imma hu beda jibża' ħafna u jistħi. Jien daħħalt il-monstru d-dar għax kien kiesaħ silġ bil-bard. Tfajtlu kutra fuqu biex jisħon. Il-monstru qalli li jismu Xlonres u gej minn pjaneta 'l bogħod. Huwa waqa' minn fuq il-vettura spazjali. Kellu ħafna guħ u jien għamitlu biċċa ħobż u tazza ħalib. Wara bdejna nilagħbu flimkien sakemm jien irqadt.



Illum ħadtu lura fejn waqa' u sħabu ġew għalih u telaq. F'lejl wieħed kont għamilt u tlift ħabib speċjali.