Meta ħlomt li mort f'park tal-fantasija
Nhar l-Erbgħa filgħaxija wara li rajt film kelli n-ngħas, ħsilt snieni u dħalt norqod fit-tmienja ta' filgħaxija. Dħalt fis-sodda u marret għajni bija. Bdejt noħlom li qiegħda ġol-park ta' Disney f'Pariġi. Xi ġmiel! Naħseb li ħlomt hekk għax rajt reklam fuq Disneyland fuq it-televiżjoni. Jien bdejt miexja u rajt kastell enormi ta' Cindirella. Kien blu u abjad. Wara rajt lil Cindirella, lil Belle,lil u lil Jasmine li kienu qed jieħdu r-ritratti mat-tfal. Belle resqet lejja u qaltli, "Bonġu, x'jismek u minn fejn inti?" Jien weġibt, "Bonġu jiena Julia minn Malta". Ħadt ritratt u tatni kuruna tal-prinċipessa. Għedtilha grazzi u mort fi pjazza fejn kien hemm ħafna nies, ħafna karti u fjuri kkuluriti. F'daqqa waħda beda jdoqq l-arloġġ għax kien sar il-ħin għall-iskola. Kont fis-sodda u ħriġt mill-friex. Din kienet ħolma. Meta kont sejra l-iskola bdejt naħseb li din il-ħolma xi darba tkun realta'.