Vjaġġ fuq tal-linja
Fl' eqqel tax-xitwa, għal ħabta tad-disa ta' fil-għodu rkibt fuq tal-linja m'ommi u poġġejna fuq il-wara tal-karozza. Jiena l-pjaċir tiegħi u li nħares il-barra mitt-tieqa, nosserva n-nies kif ukoll il-pajesaġġ min fejn tgħaddi tal-linja.
Il-karozza kienet kwazi mimlija u fost il-passiġieri kien hemm mara b' tarbija zgħira f'idejha, ragel twil bi frotta f' idejh xi kultant itiha gidma. Jiena kienet ser ittini rasi daqs kemm kien hemm storbju, kulħadd ipaċpaċ u anke jghajtu. Xammejt rieħa qawwija tfuħ ta' kake taċ-ċikkulata, zaqqi kienet ser taqgħali daqs kemm kien ifuħ.
Il-karozza waqfet fuq staġe u telghet mara anzjana u poġġiet ħdejn ommi. Fetħet il-basket u bdiet tirrakkma, milli stajt nara kien xi skarf.
Għedt lill ommi li qabadni l-ġuħ u hija kienet pronta li mill basket tagħha ħarġet banana u tgħatieli u f'kemm trodd salib kilta. Fl-waqfa li kien imiss niżlu xi passiġieri u tela' raġel li kellu ħafna tpenġija. Bejni u bejn ruħi għedt kemm hija kerha t-tpenġija. Meta tosserva lill ħaddieħor tista' titghallem ħafna.
Ipprovajt inkellem lill ommi iżda bli-storbju li kien hemm ma stajniex niftehemu. X'ħin wasalna fid-destinazzjoni il-passiġieri bdew niżlin u x'ħin xrift barra bdejt interter bil-bard imma straħt mill għajjat. Min jaf x'ser insib meta mmorru lura d-dar?