L-Annimal Li Inrabbi
Maya
Maya hija kelba ħelwa, fessuda u ħafna aktar Maya hija kelba ta' razza żgħira. Il-kulur tal-kelba tiegħi huwa iswed u kannella. Maya kienet ġabitha ommi meta jien kont għadni ġo żaqqha. Meta kbirt ftit, dejjem kienet toqgħod ħdejha u tilgħab miegħi. Dejjem meta noħorġu barra toqgħod tirrabja man-nies li jersqu lejn il-pushchair.
Aħna konna ġibnieha minn ġo animal shelter jgħidulu AAA. Minn meta ġibnieha ma dratx mill-ewwel toqgħod id-dar tagħna u għalhekk ġieli kienet tersaq u tibża' minna. Illum il-ġurnata m'għadhiex tibża' minnha u dejjem titfissed, tilgħaqna, u tilgħab magħna għax aħna nħobbuha u hi tħobbna.
Jien kuljum noħroġha timxi imma mhux 'il bogħod ħafna għax jien imbagħad nintilef, imma ejja nieqfu nitkellmu fuqi u nibqgħu nitkellmu fuq il-kelba. Fil-ħdax ta' Novembru Maya tagħlaq tlettax-il sena u fil-ġurnata ta' għeluq sninha aħna niċċelebraw daqskemm niċċelebraw meta membru tal-familja tagħna jagħlaq sninu għax inħobbuha immens!!