L- isfilata tal - Karnival

Kitba:


Is- sena l- oħra kien Frar fil- Karnival. Għall- Karnival morna l- Belt Valletta. Jiena mort mal- familja tiegħi.


Aħna morna naraw l- isfilata tal- Karnival. Jiena u l- familja tiegħi rajna ħafna karrijiet. Kien hemm karrijiet differenti fosthom tal- annimali. Dan kellu l-iljun kbir ħafna b' xagħar goff madwar wiċċu, żebra sabiħa ħafna, ġiraffa u ljunfant enormi. Kien hemm ukoll karru ta' serena b'xagħarha kollu nokkli u bjond.Jiena smajt nies idoqqu l- istrumenti tal- mużika u jkantaw 'Viva, viva tal- karnival!'. Kullimkien stajt nisma diski brijjużi. Rajna wkoll ikel tipiku tal- Karnival bħall- prinjolata u perlini.Jien mort nixtri ftit u li kilt kienu tajbin. Dakinhar jien ilbist ta' Poppy, karattru mill-film Trolls. Il-Karru favorit tiegħi kien tal-annimali għax l- iljun kien sabiħ ħafna.


F' daqqa waħda rajt il- ħbieb tiegħi u mort nigri ħdejhom! Tassew ħadt gost nilgħab ma' sħabi. Ħassejtni ferħana se ntir! Jgħidu x- xjuħ u jghidu t- tfal, viva l- jiem tal- Karnival!