Jiena jisimni Gouku. Jiena se niddeskrivi x'rajt, x'xammejt, xi smajt, u x'ħassejt meta mort fuq il-pjaneta Earth.
Meta nżilt fuq il-pajneta rajt ħafna nies jiġru għax bdew jibżgħu minni, anke rajt qishom suldati biex jaraw x'jiena. Jiena ppruvajt naħrab u rnexxieli nidħol ġo dar ta' xi ħadd. Mhux suppost tagħmel hekk imma ma kellix għażla oħra.
Kif dħalt sibt tifel u tifla ġo kamra. Dawn ma beżgħux minni, anzi kienu minn tagħna ħafna. Dawn bdew jgħiduli x'hawn u x'ma hawnx fuq din il-pjaneta. Smajt lil xi ħadd qisu jkanta u tifel mill-ewwel qalli li dik kienet li toqgħod ħdejhom. Xammejt irrwejjaħ ifuħu u t-tifla qaltli li waħda kienet li missierha qed jaħmi kejk u r-riħa l-oħra kienet li ommha qed taħsel u tnaddaf id-dar.
Ħassejtni kuntent hemmhekl imma mbagħad smajt l-alarm ta' ommi jdoqqli biex immur l-iskola. Sellimt lil dawk it-tfal u kelli nitlaq.
Meta Żort Il-Pjaneta Earth