Kienet l-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Għid. Smajt ħoss ġej mill-ġnien u nżilt niċċekja. Kif inħsadt x’ħin

rajt... bajda tal-Għid b'saqajn ta' fellus ħerġin minnha.


Kont fil-ġnien nilgħab mal-fenek tiegħi Peter. Meta kont qed nagħtih l-ikel smajt ħoss ta' xi ħadd jiċċaqlaq. Mort nara x'kien dak il-ħoss. Rajt bajda tal-Għid b'saqajn ta' fellus ħerġin minnha. Jien inħsadt għax mhux xi ħaġa li tara kuljum. F'daqqa waħda l-bajda qaltli 'Bonġu' b'leħen irqiq. Jien weġibtha u staqsejtha minn fejn kienet ġiet. Hi qaltli li kien il-fenek tal-Għid li kien poġġiha hemm u li kien jisimha Petunia. Il-bajda mbagħad qabdet tibki għax qalet li kienet intilfet u li riedet tmur lura d-dar tagħha. X'ħin għidtilha li kont se ngħinha, hi kienet se ttir bil-ferħ.


Kien sar il-ħin biex immur norqod. Jien qbadt il-bajda u ħadtha fil-kamra tiegħi. L-għada filgħodu ma sibthiex fis-sodda tiegħi. Inżilt isfel u bdejt infittixha kullimkien. Il-mama' staqsitni, 'X'qegħda tfittex?' Għiditilha l-istorja kollha.


Jiena u l-mama' morna nfittxuha fit-triq tagħna. Konna qegħdin naħsbu li matul il-lejl kienet qabżet mit-tieqa tal-kamra tiegħi. Bdejna nduru fit-triqat tar-raħal tagħna imma ma stajniex insibuha. Fl-aħħar, wara xi siegħa smajna leħen irqiq jagħjtilna minn ġo qasrija. Kienet il-bajda!


Hi qaltilna fejn kienet toqgħod imma ma setgħetx tiftakar minn fejn kienet it-triq għad-dar tagħha. Jiena u l-mama' ħadniha fil-bosk fejn kienet tgħix mal-familja tagħha. Wara xi ftit tal-ħin smajna leħen irqiq jgħajjat, 'Petunia, Petunia!' Il-bajda ħarset 'il fuq u bdiet tifraħ. Ġo toqba fis-siġra kien hemm żewġ bajdiet oħra bħalha. Kienu ommha u missierha u t-tnejn kienu bajd bis-saqajn. Kemm ferħet Petunia u kemm fraħna aħna li konna sibnilha familtha!