L-isfilata tal-Karnival


Kien Frar, żmien il- karnival. Ta' kull sena mmorru l-Belt Valletta. Jien mort mal-familja u mal-kuġini.


Dakinhar morna l-Belt Valletta biex naraw l-isfilata tal- Karnival. Jien rajt ħafna karrijjiet b'kuluri jgħajtu. Ħafna nies kienu lebsin il-kostumi u kellhom wiċċhom miżbugħ. Kien hemm ukoll ħafna żeffiena. Jien smajt nies idoqqu l-istrumenti tal- mużika u jkantaw 'Viva,viva l-Karnival'. Xi nies bdew jaqbżu mad-diski brijjużi. Rajt naqa ikel tipiku tal- Karnival u kilt il-prinjolata u xi perlini. Jien ilbist ta' Flash. Il- karru favorit tiegħi kien tal-annimali. Kien hemm erba' annimali. Kien fih iljun oranġjo bil- pil goff madwar wiċċu, iljunfant enormi cilesti , ġiraffa safra bit-tikek oranġjo u żebra bajda bi-istrixxi vjola.


Tassew ħadt gost nilgħab mal-kuġini u nara l-isfilata tal-Karnival. Qalb dak il-ferħ u brijju ħassejtni ferħan se ntir. Imbagħad fl-aħħar morna d-dar. Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal viva l-jiem tal-Karnival!