Serqa fil-ħanut tal-ħelu

Darba waħda kien hemm żewġ ħallelin. Kien il-Ġimgħa filgħaxija u dawn il-ħallelin pruvaw jidħlu fil-ħanut tal- ħelu. Dan il-ħanut kien tal-kuġina tiegħi, jien ta' spiss kont inmur nixtri minn għandha. Il-ħallelin żgassaw il-bieb u kellhom is-senter. Huma ħasbu li kien hemm teżor, b 'hekk qallbu kulm 'hemm u ġabu kollox ta' taħt fuq. Huma bdew jaqbadhom paniku għax ma setgħux isibu t-teżor. Huma baqgħu ma serqux dak li kellhom f'moħhom. Il-kuġina tiegħi fetlilha li tmur tiċċekja l-ħanut. Hi rat id-dawl mixgħul u ħadet qatgħa u ċemplet il-puliżija. Dawn wara ħames minuti kienu diġa ġew. Il-pulizija daħlu inkiss inkiss biex ma jindunawx bihom il-ħallelin u f'daqqa waħda l pulizija qabduhom u għamlulhom il-manetti.Il- puliżija ħaduhom l-għassa. Ħadd ma weġġa' u spiċċa kollox b'wiċċ il-ġdid. Il-ħallelin ħadu tagħlima għax ma reġgħux serqu.