Il-kamra tas-sodda tieghi
Il-kamra tiegħi hija kamra imdaqqsa u mdawla. Il-ħitan għandhom kulur naturali .
Fuq il-ħitan hemm l-istikers tas-siġar tal-fjuri u tal-friefet għandi ukoll inkwatru
b'ritratti ta' meta kont żgħira.
Fil-kamra tiegħi għandi sodda kbira,gwardarobba,kommodina u gradenza.L-
għamara hija magħmula mill-injam.Il-kamra tiegħi hija mżejna bit-tema tal-
"me to you" u għandi purtieri,lożor,mħaded u pupi kollo b'din it-tema partikulari. Jiena il-kamra ma naqsamha
ma' ħadd għax m'għandix ħuti .Fil-kamra tiegħi għandi kotba u ħafna ġugarelli
li huma l-aktar li nħobb. Xi kultant il-kamra tkun imqalba.
Kieku kelli nbiddel xi ħaġa ma kont inbiddel xejn għax togħġobni kif inhi. Il-kamra
tieghi perfetta għalija.