Serqa f'ħanut tal-ħelu



Darba waħda kien hemm ħanut tal-ħelu u tlett ħallelin riedu jisirqu dak li jisibu. Il-ħallelin kissru t-tieqa tal-ħanut bil-lieva u kien hemm alarm imma ma ndunawx biha. Huma serqu l-ħelu kollu, sabu €100 u ħadu €2 minnhom u marru 'l barra. Kien hemm il-pulizija u l-ħallelin tawh il-ħelu kollu u marru d-dar. Jiena kont qed nara kollox minn ġot-tieqa għax jien noqgħod viċin u meta mort biex norqod,ma stajtx norqod b'dawk il-ħsejjes kollha. Il-ħallelin reġaw ġew lura u serqu l-flus kollha li kien fadal fil-kexxun. Jiena ċempilt niġri lill-pulizija u huma ġew u arrestawhom. Din id-darba żgur li mhux se jeħilsuha ħafif!