Ġurnata fil-kampanja

Kien is-Sibt u l-mamà qaltilna " Tridu mmorru fil-kampanja f'Marsaxlokk?" Jien u oħti weġibniha, " Iva!" Mort mal-mamà, mal-papà, m'oħt u mal-kelb tiegħi. It-temp kien bnazzi, u x-xemx bdiet tiżreġ!



Il-mamà ppreparatilna l-ikel u x-xorb ġo basket. Il-basket kien mimli sa ruħ ommu! Tlaqna lejn il-kampanja bil-karozza. Domna biex wasalna. Meta wasalt rajt siġar kbar u ħodor, il-ħaxix kien ma' kullimkien u kien hemm ħafna fjuri li kienu kkuluriti! Il-mamà qaltilna, " Hawn kwiet taqtgħu b' sikkina!" Fil-pront, wieħed, tnejn, tlieta... l-għasafar bdew ipespsu! Jien ħassejtni fil-ġenna tal-art, kuntenta u rrilassata. Għamilna l-piknik u wara jiena u oħti qgħadna nilagħbu bil-ballun. Kemm ħadna gost!!!



Sar il-ħin, ix-xemx bdiet nieżla u beda jidlam. Jien kont għajjiena mejta u morna lejn id-dar. X'ġurnata dik!!!!!